Filmat: “Inħossni grata” – Tamara

Ritratt: Facebook/Tamara Webb

Tamara Webb flimkien ma’ żewġha Ken Cauchi qasmet mas-segwaċi tagħha filmat ta’ ftit tal-ġranet ilu meta kienu fil-kumpanija tal-għeżież tagħhom u żvelaw is-sess tat-tarbija li se jkollhom.

Mument ta’ ferħ u emozzjoni hekk kif mal-qsim tal-kejk ħareġ ovvju li se jkollhom tifla.

Huwa filmat li fuq kollox inissel sens ta’ pożittività u tama waqt li fil-messaġġ tagħha fuq il-profili tagħha fuq il-midja soċjali Tamara tgħid li tħoss in-nuqqas tal-għeżież tagħha iżda wkoll fl-istess waqt qed tħossha grata għal dan il-mument.

Ritratt: Instagram/Tamara Webb

Awguri lil Ken u lil Tamara.