Filmat: “Inħobb it-tifla ta’ ġo fija” – Natasha Turner

Natasha Turner hija l-ewwel awtriċi fis-sensiela ġdida ta’ Newsbook.com.mt Nitkellmu mal-Awtur. F’din l-intervista hija titkellem dwar il-karriera tagħha fil-qasam tal-letteratura, minn kitba tal-poeżija għal kotba oħra, u issa hija l-awtriċi ta’ Sperillu u l-Gazzetta Ħamrija, pubblikazzjoni ta’ Faraxa Publishing.

Natasha li ġejja minn ġenerazzjoni li l-ġenituri għadhom jixtru gazzetta kuljum u jippreferu l-gazzetta f’idejhom aktar milli kollox sar online. Iz-ziju tagħa hu Lino Vella kien il-moħħ u l-editur tal-gazzetta Maltese Herald, gazzetta Maltija/Awstraljana, li permezz tagħha, baqa wkoll ixerred il-lingwa u kultura Maltija anki fost familji Maltin emigranti w uliedhom, tul il-karriera tiegħu.

Għalhekk f’dan il-ktieb ħarġet in-namra tal-gazzetta u b’hekk Sperillu jippubblika informazzjoni fuq il-gazzetta Ħamrija li permezz ta’ likwidu maġiku tispiċċa f’idejn it-tfal li jibdew jikkontribwixxu artikli b’rabta mal-ambjent.

Bħala parti mill-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li din is-sena qed issir b’mod virtwali, nhar il-Ħadd li ġej fis-2.30pm se jkun hemm puppet theatre u dan l-avveniment jista’ jiġi segwit online permezz ta’ dan il-link.

Segwi l-intervista sħiħa f’din il-paġna:

Għal aktar dettalji dwar dan il-ktieb u oħrajn idħlu fil-paġna ta’ Faraxa Publishing.