Il-mistieden ta' nhar il-Ħamis huwa Peter Dacoutros.Il-mistieden ta' nhar il-Ħamis huwa Peter Dacoutros. Rajnih isajjar u jieħu sehem fi drama televiżiva lokali. Segwuna 👨🍳📺
Posted by X'sar minnhom? on Friday, January 24, 2020
Peter Dacoutros huwa persuna li bla dubju huwa assoċċjat amt-tisjir. Minbarra l-għadd kbir ta’ programme televiżivi li deher fihom, Dacoutros ukoll kien jagħmilha ta’ attur f’xi sensiliet televiżivi.
Ilna ħafna ma narawh fuq it-televiżjoni u wara ħafna żmien aċċetta li jidher għal intervista fuq it-televiżjoni permezz tal-programm X’Sar Minnhom li jixxandar fl-10.05pm fuq TVM.
Dacoutros se jitkellem ukoll fuq id-diversi esperjenzi li għadda minnhom fosthom iż-żmien li kien għamel jakkumpanja lill-morda f’Lourdes kif ukoll dwar il-fatt li ltaqa’ mal-Papa Gwanni Pawlu II xejn inqas minn 23 darba!

Matul il-programm jitkellem ukoll dwar kif huwa bħala persuna jħobb ħafna l-kumpanija iżda wkoll iħobb joqgħod għall-kwiet.
X’Sar Minnhom huwa ppreżentat minn Alisa Pavia, b’kitba ta’ Gino Tanti u b’direzzjoni ta’ Mikael Zarb.