Filmat: Infetħu l-klassijiet ta’ reviżjoni tal-‘O’ Level

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=yFGjpAQGw_A]

Infetħu d-dati sabiex wieħed japplika għall-klassijiet ta’ reviżjoni tal-‘O’ Levels b’xejn għal min ma rnexxilux iġib ir-riżultat fis-sessjoni ta’ Mejju.
Dan ħabbru fi stqarrija l-Ministeru tal-Edukazzjoni, li flimkien mal-Jobsplus qed jerġa’ jiftaħ dawn il-korsijiet qosra bejn l-aħħar ta’ Lulju u l-aħħar t’Awwissu.
Is-suġġetti offruti huma l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, il-Fiżika u l-Bijoloġija.
L-istudenti intitolati li joqogħdu għal dawn il-korsijiet intensivi huma biss dawk li ġabu grad 6, 7 jew U.
Student jista’ jieħu sa massimu ta’ tliet suġġetti, u ma jistax jieħu l-Bijoloġija u l-Fiżika flimkien.
Wieħed jista’ japplika fuq www.youthguarantee.edu.mt/revision sas-17 ta’ Lulju.
Sadanittant, illum intbagħtu r-riżultati tal-MATSEC, fejn fost l-oħrajn, ma ġabux iċ-ċertifikat biex jidħlu l-Università 66% tal-istudenti li għamlu l-eżamijiet tal-matrikola.