Filmat: “Inferrħu lill-familji li għaddejjin minn żmien diffiċli” – Claudia

Għada l-Ġimgħa 29 ta’ Mejju se jkun qed jittella’ kunċert fuq il-midja soċjali biex jinġabru fondi għal Bormla Tgħin Il-Proxxmu, li twaqqfet proprju f’dawn l-aħħar ġimgħat beix tgħin lill-familja li ġew milquta mill-pandemija tal-Covid-19.

Fl-appell tagħha fuq il-midja soċjali Claudia Faniello rringrazzjat lil din l-organizzazzjoni u ħeġġet għall-ġenerożità. Għada fil-fatt f’dan il-kunċert li wieġed se jkun jista’ jsegwi fuq il-midja soċjali se jkunu qed jieħu sehem ukoll artisti bħal Ozzy Lino, Dav.Jr, Dayle Camilleri, Jasmine, Kurt Calleja, Maria Cini kif ukoll William Mangion flimkien mal-band tiegħu.

Id-donazzjonijiet kollha miġbura se jingħataw lil Marvin Schembri, biex tkun tista’ titwettaq l-inizjattiva tiegħu u jgħin lil dawk il-familji li ntlaqtu mis-sitwazzjoni ta’ Covid-19. Int ukoll tista’ tappoġġja u titgħallem dwar il-kawża tiegħu fuq Bormla li tgħin lill-proxxmu.

L-organizzaturi tal-kunċert irringrazzjaw lill-amministrazzjoni ta’ The Skyroom Cocktail Bar & Grill (Sliema) talli laqgħet dan l-avveniment, kif ukoll l-artisti u dawk kollha li qed jaħdmu biex għada jsir dan il-kunċert.

Ibgħat SMS fuq in-numri li ġejjin għad-donazzjoni:
– 50618178 – € 4.66
– 50619279 – € 11.65

Tista’ wkoll tagħmel donazzjoni permezz ta’ Revolut fuq +356 99885569 Nico Tanti

Aktar minn 100 familja diġà ġew mgħejuna, kif hawn spjegat f’dan il-filmat:

Il-kantanta Jasmine Abela ukoll qed twassal l-appell tagħha:

Għada, bil-għajnuna ta’ kulħadd, nistgħu nferrħu ħafna aktar familji oħra biex ikunu jistgħu ikollhom ukoll ikla fuq il-mejda tal-kċina tagħhom.

Il-kunċert jibda fis-6pm u tistgħu isegwuh fuq Facebook permezz tal-paġni Bormla Tgħin lill-Proxxmu, N-Squared, kif ukoll The Skyroom.