L-Ewwel Persuna f'Għawdex Tirċievi l-Vaċċin tal-COVID-19L-Ewwel Persuna f'Għawdex Tirċievi l-Vaċċin tal-COVID-19
Posted by saħħa on Tuesday, December 29, 2020
Read in English.
Dalgħodu ngħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 għall-ewwel darba f’Għawdex. Ingħata lil Felicienne Cini, infermiera fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Preżenti kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
L-infermiera tappella biex kulħadd jieħu l-vaċċin
Fil-kummenti tagħha wara li ħadet il-vaċċin, Felicienne Cini qalet li ħassitha onorata li kienet l-ewwel persuna li ħaditu f’Għawdex. Appellat lil kulħadd biex jieħu t-tilqima sabiex tinqered il-pandemija.
Stqarret li dawn l-aħħar xhur kienu differenti mis-soltu, imma ħadmu id f’id u xorta baqgħu jagħtu l-100% lill-pazjenti.
Dan wara li jumejn ilu, il-vaċċin beda jingħata f’Malta. L-ewwel persuna li ħaditu Malta kienet Rachel Grech, infermiera fl-Isptar Mater Dei.