Filmat: Inċidenti bejn ix-xufier tal-Ministru Bonnici u l-attivisti

“Saq fuq in-nies, weġġgħet pulizija” – Karol Aquilina

Inċidenti ddominaw il-protesta li saret illejla fil-Belt Valletta bl-għajta “barra barra” fis-sejħa għar-riżenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Aqra: Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech

Aqra: “Daphne nqatlet biex huma jeħilsu l-ħabs”

Il-protesta bdiet minn quddiem Kastilja u baqgħet sejra għal quddiem il-bini tal-Parlament. Il-karozza tal-Ministru Owen Bonnici, li kien ħiereġ mill-Parlament inqabdet fil-folla, bl-attivisti jduru mal-karozza bil-konsegwenza li ma setgħetx tgħaddi.

Skont id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, ix-xufier tal-Ministru Bonnici saq fuq il-folla, b’uffiċjal tal-Pulizija mara tispiċċa mal-art.

L-attivisti bdew iħabbtu u jwaħħlu kartelluni mal-karozza jeżiġu r-riżenji.

Aqra: Konrad Mizzi ma jiftakarx meta ltaqa’ l-aħħar ma’ sid 17 Black

Aqra: Sejħiet għar-riżenja ta’ Muscat, Mizzi u Schembri

Newsbook.com.mt qed jipprova jġib il-kummenti tal-Ministru Bonnici kif ukoll tal-Korp tal-Pulizija. Kelliem għall-Pulizija talab lil din il-kamra tal-aħbarijiet biex il-mistoqsijiet jintbagħtu b’imejl, filwaqt li insista li m’għandux dettalji.

Aqra: Mhux se nirriżenja – Muscat; l-Oppożizzjoni toħroġ mill-kamra

Aqra: Sid 17 Black jirriżenja minn Tumas Group

Aqra: Assassinju Daphne: “Ma jidhirx li hemm politiċi involuti”

Filmat: Monique Agius