Filmat: Inċident fuq il-pont ta’ Manwel Dimech joħloq konġestjoni ta’ traffiku

Ftit tal-ħin ilu, seħħ inċident tat-traffiku fuq il-pont ta' Manwel Dimech kif taqbeż it-traffic lights ta' barra Paceville fid-direzzjoni lejn il-mini ta' San Ġiljan.
Persuni fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li fl-inċident kienu involuti karozza tal-kiri li kellha impatt ma' vettura oħra.
Kawża tal-inċident kellha tingħalaq il-karreġġata msemmija b'konsegwenza li nġemgħu numru ta' karozzi fit-traffiku.
Fuq il-post issejħet l-assistenza medika permezz ta' ambulanza mill-isptar Mater Dei li ħadet mara Taljana fejn ġie ċċertifikat li sofriet biss ġrieħi ħfief.

Filmat: Claire Bonello