Filmat: Ħabta fil-mini ta’ San Ġiljan

Tliet karozzi kienu involuti f’inċident fil-mini tat-Triq Reġjonali San Ġiljan direzzjoni lejn l-Imsida.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet persuna l-Isptar Mater Dei. Din il-persuna sofriet minn ġrieħi ħfief. Il-persuni l-oħrajn li kienu involuti fl-inċident irrifjutaw l-assistenza medika. Spejga li l-ambulanza telqet minn fuq il-post mhux okkupata.