Filmat: “In-nuqqas ta’ aċċess fost l-akbar tħassib għal persuni b’diżabilità”

Read in English.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li l-aktar rapporti li jidħlu għand il-Kummissjoni huma dwar in-nuqqas ta’ aċċess.

Hu qal dan f’intervista ma’ Newsbook.com.mt fejn fost l-oħrajn ġie mistoqsi dwar kif ir-rapport tal-Ombudsman ma kellux każi speċifiċi fih li jikkonċernaw persuni b’diżabilità. Hu semma li spunt ieħor li jirċievu ħafna rapporti dwaru huwa l-aċċess għall-edukazzjoni.

Aqra: Filmat: Ninsew il-perikli meta bankina tkun ingumbrata – Scicluna

Scicluna kien tkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar il-problemi li persuni b’diżabilità, speċjalment dik fiżika, jaffaċċjaw kawża ta’ oġġetti differenti li jingumbraw il-bankini. Scicluna kien qed jitkellem dwar l-iżvilupp u kif dan jista’ joħloq perikli ġodda għal persuni b’diżabilità, kemm similarment għall-festi, minħabba li ċertu bankini jiġu ingumbrati, u anke l-effett li jħalli n-nuqqas ta’ spazji miftuħa fuq is-saħħa mentali ta’ dawn il-persuni.

Intant, Scicluna qal li l-Ombudsman għandu l-irwol li jinvestiga ċertu każijiet iżda l-Kummissjoni tmur lil hinn minn hekk għax għandha l-liġi tagħha li hija l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs. Qal li minbarra minn hekk il-Kummissjoni għandha poter li tressaq il-parti li tkun qed tagħmel diskriminazzjoni quddiem il-Qrati Maltin.

Aqra: Filmat: Il-Kummissjoni xhieda li d-diversità fl-impjieg taħdem – Scicluna

Hu tkellem dwar ir-rapport li toħroġ kull sena l-kummissjoni fejn ikun hemm statistika u informazzjoni dwar ir-rapporti kollha li jidħlulha. Qal li l-każijiet żdiedu ħafna. Bi kważi erba’ darbiet aktar.

Sal-2017, skont ir-rapport annwali tas-CRPD, f’Malta kien hawn total ta’ 18,260. Il-maġġoranza tal-persuni għandhom diżabilità fiżika b’total ta’ 13,813 persuna.