Filmat: In-numru li jista’ jsalva ħajja

Illum huwa l-Ħdax ta' Frar (11/2) u ma jistax jonqos li wieħed ifakkar fin-numru 112.
Dan il-jum huwa ddedikat għan-numru li jista' jsalva l-ħajja tiegħek jew tal-oħrajn.
In-numru 112 jista' jintuża f'każ ta' emerġenza kullimkien fl-Ewropa, mhux Malta biss.
Imma taf x'għandek tagħmel meta ċċempel 112?
Ġimgħat ilu Newsbook.com.mt tkellem mas-Supretendent Ramon Mercieca li spjega dak li jkun qed jistenna l-operatur tal-112 meta aħna nċemplu għal-assistenza.
Intant is-servizz ta' emerġenza huwa disponibbli wkoll permezz tal-sms għall-persuni neqsin mis-smiegħ jew għal ċirkostanzi meta persuna tkun tinsab f'emerġenza iżda jekk tinstema' titkellem fuq it-telefon tista' tipperikola ħajitha, bħal ngħidu aħna f'każ ta' serqa.
F'dan il-każ, wieħed għandu jibgħat messaġġ fuq in-numru 7977 0112.
Tajjeb li tieqaf ftit u terġa' tara dak il-filmat.