​Filmat: In-natura turi snienha mal-bitħa ta’ dar

Meta Daniel Modøl ħareġ biex jiffilmja maltempata fil-bogħod, ma stenniex li se tersaq daqshekk viċin.
Kien għall-kenn fil-gallarija tad-dar tiegħu f’Gjerstad, Aust-Agder, in-Norveġja fejn ħa filmat tas-sajjetti li bdew idawwlu ż-żona.
In-natura ħejjiet sorpriża għalih, għax minnufih sajjetta qawwija laqtet il-bitħa tiegħu fejn ħalliet ħofra, madwar sitt metri minnu.
M’għaġġilx biżżejjed biex jiffilmja l-mument li laqtet l-art imma ffilmja l-ħerba li ħalliet warajha.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=9vZdg2_Cg38]