Filmat: In-Natività rrakkuntata permezz ta’ Bohemian Rhapsody

Minn qatt qal li l-lezzjoni dwar ġrajjiet mill-Bibbja għandhom ikunu tad-dwejjaq? Dan il-filmat hu xow bil-pupazzi li ħoloq Mark Bradford flimkien mad-diretriċi Darla Robinson. Huma użaw il-kanzunetta ikonika ta’ Queen, Bohemian Rhapsody biex b’mod ġenjali rrakkuntaw l-istorja tat-twelid ta’ Ġesù.

Ara dawn il-pupazzi tassew ħelwin jirrakkuntaw din l-istorja hekk importanti fir-reliġjon Nisranija. Newsbook.com.mt jħeġġek biex taqsam dan il-vidjow ma sħabek!