Filmat: “In-nannu ta’ Destiny kien speċjali ħafna għalija” – Debbie

Proprju fil-jum li fih kellu jsir il-finali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, Frederick Zammit jtkellem ma’ Debbie Scerri li fl-1997 irrappreżentat lil Malta f’dan il-konkors permezz ta’ Let Me Fly.

Matul din il-konversazzjoni Debbie titkellem dwar l-emozzjonijiet li ħasset 23 sena ilu meta telgħet fuq il-palk tal-Eurovision biex tinterpreta din il-kanzunetta.

Kif taħsibha Debbie dwar jekk Destiny għandhiex tintbagħat għall-Eurovision?

Debbie titkellem ukoll dwar kif is-sitwazzjoni preżenti effettwat lilha u l-familja tagħha u dak li qed tagħmel biex timla’ l-ħin.

X’messaġġ se twassal Debbie lil persuni li l-aktar huma vulnerabbli?

Segwi l-intervista permezz tal-filmat f’din il-paġna.