Filmat: In-Nannu Ċens kuljum minn għada

Proprju minn għada t-Tnejn 23 ta’ Diċembru, l-istazzjon One se jibda jxandar serje ġdida għall-familja kollha, Ġrajjiet tan-Nannu Ċens, miktuba minn Trevor Żahra b’addattament minn Dominic Said.

Charles Falzon hwua In-Nannu Ċens

In-Nannu Ċens kien joqgħod mal·familja t’ibnu, bit-tliet neputijiet, Irene, Tony u Marisa dejjem iduru madwaru. ll-praspar li kien jidħol fihom in-Nannu, jew li kienu jdaħħluh fihom it-tfal, bilkemm jitwemmnu. Imma ġraw tassew u daqqa l-vittma jkun in-nannu u daqqa jkunu t-tfal.

Il-karattru tan-Nannu Ċens, għalkemm ġdid fuq it-televiżjoni, huwa diġà magħruf ma’ ħafna peress li huwa l-karattru maħluq mill-pinna ta’ Trevor Żahra u li kien ukoll ippubblikat fi ktieb.

Sandra Davis

Din se tkun l-ewwel serje għal Mixta Drama li s-sena l-oħra kien wasslu wkoll il-film ċinematografiku Id_Destin. Clayton Pace li jmexxi din il-kumpanija żvela ma’ newsbook.com.mt li għalkemm għadu fi stadju kmieni diġà qed jippjanaw proġett ieħor u bdew bil-kuntatti biex jaħdmu fuq mini serje oħra għas-sena l-ġdida.

Ġrajjiet in-Nannu Ċens se tixxandar matul din il-ġimgħa f’nofsinhar b’ripetizzjoni dakinhar stess fis-7pm.

F’Jum il-Milied però l-puntata ta’ filgħodu mistennija tixxandar għall-11.35am minħabba li f’nofsinhar issir ix-xandira diretta mill-Vatikan gġall-Urbi et Orbi. Il-Ħamis imbagħad

Ġrajjiet in-Nannu Ċens kuljum fuq l-istazzjon One sat-Tnejn 30 ta’ Diċembru. Mhux se jkun qed jixxandar il-Ħamis peress li dakinhar ikun hemm ix-xandira diretta ta’ L-Istrina.