Filmat: Imxi, iġri jew suq ir-rota għall-Caritas

Dawk l-isportivi kollha u anke dawk mhux, nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru se jkollhom raġuni iktar valida għaliex għandhom jagħmlu ftit eżerċizzju fiżiku.

Għall-ewwel darba se tiġi organizzata “The Caritas Trail”, attività ġbir ta’ fondi b’risq il-Caritas biex tkompli fil-missjoni tagħha li tagħti daqqa t’id lil kull min hu fil-bżonn.

Ir-rotta tal-Caritas Trail se tibda minn ħdejn il-kappella ta’ Santa Marija Madalena qrib l-irdum ta’ Ħad-Dingli u tispiċċa fiċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni ta’ San Blas fil-ħdax ta’ filgħodu.

Il-mixja se ddum madwar 40 minuta, il-ġirja se tieħu madwar nofsiegħa u l-ġirja bir-roti se tkun ta’ siegħa.

Il-parteċipanti jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni mill-websjt www.caritasmalta.org u jagħmlu donazzjoni ta’ €10 f’kull fergħa tal-Bank of Valletta jew fl-uffiċini tal-MaltaPost.

Caritas Trail hi biss attività waħda minn sensiela ta’ attivitajiet li Caritas Malta se torganizza bejn is-27 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru li ġej.

Iktar dettalji mill-facebook page: Caritas Trail