Filmat: Imutlu ħuh u jinxteħet jibki ħdejh

Wara li qattgħu ħajjithom flimkien, għodwa waħda l-kelb Brutus skopra li ħuh miet matul il-lejl.

Dan il-filmat kommwoventi jikkonferma kemm iħossu l-klieb hekk kif jidhru dmugħ ta’ dieqa neżlin minn għajnejh.

Hekk kif skopra li ħuh Hank miet, ir-rottweiler Brutus inxteħet mitluq ħdejh jibki.

Sid il-kelb jidher ukoll jipprova jfarraġ lil Brutus.

Brutus u Hank kienu dejjem ikunu flimkien sa minn meta twieldu.

Sidhom kien addottahom minn dar tal-klieb u kien ukoll ħoloq paġna fuq Facebook b’ritratti tagħhom.