Aġġornata: Filmat: Imut raġel fir-Ramla; ieħor l-isptar

Read in English.

Filmat: Beppe Galea

Aggornata 5.35pm bl-istqarrija tal-Pulizija

Raġel miet wara li ttella’ mitluf minn sensih fir-Ramla Ħamra għall-ħabta tas-2.30pm. L-għassiesa tal-bajjiet ippruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel, iżda kien kollu għalxejn.

Ir-raġel ta’ 50 sena kien qed jgħum ma’ raġel ieħor ta’ 51 ħamsin fir-Ramla. Iż-żewġt rġiel li huma Ingliżi sabu ruħhom f’diffikultà. Kienu l-għassiesa tas-salvataġġ (ERRC) fil-bajja li għenu l-irġiel mill-baħar u tawhom l-ewwel għajnuna.

Tim mediku flimkien ma’ membri tas-salvataġġ li kienu fuq il-bajja assistew liż-żewġt irġiel.

L-Ingliż ta’ 51 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Skont sorsi fuq il-post illum kien hemm żewġ bnadar ħomor li jfissru li wieħed ma għandux jinżel jgħum. Jidher ukoll li r-raġel li tilef ħajtu ma kienx jaf jgħum.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.