Filmat: Imut ir-raġel li daħal f’kull dar f’Malta u Għawdex

Francis Xavier Borg, ir-raġel li żgur daħal f'kull dar f'Malta u f'Għawdex permezz tal-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni, miet ilbieraħ fl-età ta' 91 sena.
Francis Xavier, jew kif inhu magħruf aktar bħala Kikku, flimkien ma' ħuh George ħadu f'idhom in-negozju ta' missierhom Francis, wara t-Tieni Gwerra Dinjija. 
Fl-1970, irreġistraw il-kumpanija bl-isem Francis X. Borg Co. Ltd (FXB), li minn ħanut ta' mastraduxxa saret l-ewwel fabbrika f'Għawdex. 
Dan ir-ritratt ittieħed nhar is-Sibt li għadda fil-workshop ta' Kikku fil-fabbrika tal-FXB.
Fost ix-xogħol ta' Kikku u l-kumpanija tiegħu, insibu siġġijiet fil-Konkatidral ta' San Ġwann u anke s-siġġijiet u l-ġinokkjaturi fil-Bażilika ta' San Ġorġ
L-aħħar tislilma lil Kikku se tingħata nhar il-Ġimgħa li ġej fl-4pm fil-Bażilika ta' San Ġorġ.