Filmat: Imsawta għax kellha tifla

Filmat xokkanti li qed idur onlajn juri mara Indjana li ġiet imsawta brutalment minn qraba tagħha bi stikek tal-hockey, wara li welldet tifla u l-familji ma qablux dwar €9,000 dota. 
L-omm tinstema’ twerżaq waqt li taqla’ s-swat minn ħu żewġha u ħabib tiegħu.
Il-vittma, identifikata bħala Meena Kashyap ta’ 35 sena, qalgħet ix-xebgħa l-ġimgħa l-oħra wara li l-qraba ta’ żewġha m’aċċettawx it-tarbija tifla li welldet.
Il-familja tal-mara tinsab ukoll f’nofs argument mal-qraba tar-raġel dwar dota li tħallset fit-tieġ ta’ sentejn ilu.
L-irġiel mistennija jitressqu l-qorti.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=UA_rvJkmkLQ]