Filmat: “Importanti tagħtu d-demm; meta ġġarrab tkun taf kemm”

Il-Pulizija tat-traffiku li propju s-sena l-oħra spiċċa vittma ta’ inċident li kawża tiegħu spiċċa sabiex tilef idu, tenna li wieħed ikun jaf l-importanza tal-għoti tad-demm meta jġarrab hu stess.

Simon Schembri kien qed jitkellem f’filmat tal-għaqda Simon Schembri Blue Light Foundation fejn fiha, numru ta’ kapijiet ta’ dipartimenti marru jagħtu d-demm.

Huma sostnew li fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum jaħdmu sabiex isalvaw il-ħajjiet. Appellaw sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jimxi fuq il-passi tagħhom u hu wkoll isalva l-ħajjiet permezz tal-għoti tad-demm.

Il-persuni li kienu parti mill-filmat huma Emmanuel Psaila, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Alexander Dalli, id-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Ivan Falzon, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Lawrence Cutajar il-Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija u Jeffrey Curmi l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta.