Filmat: Impjegati tal-Enemalta jagħmlu xogħol volontarju f’Dar Qalb ta’ Ġesù

Impjegati tal-Enemalta għamlu ħidma volontarja fid-Dar Qalb ta’ Gesù, f’Santa Venera, biex jitlestew kmamar mgħammra bil-kompjuters għal tfal ta’ familji vittmi tal-vjolenza domestika.
Dar Qalb ta’ Ġesù hija tilqa’ ommijiet u wlied li jkunu għaddew minn esperjenzi ta’ vjolenza domestika jwettqu programm residenzjali ta’ appoġġ u taħriġ biex jerġgħu lura għal ħajja aktar indipendenti fil-komunità.
Il-ħaddiema tal-Enemalta għamlu xogħol ta’ tindif, xkatlar, tibjid, manutenzjoni, sistemi ġodda tal-elettriku u telekomunikazzjoni, xogħol ta’ ħadid u njam, u t-tħejjija ta’ madwar 14-il kompjuter.
Il-kmamar ser jintużaw mit-tfal tal-familji li jgħixu f’din id-dar biex ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom.