Filmat: Imorru l-iskola bid-dublett għax ma tħallewx jilbsu shorts

Is-sħana qed tagħmel tagħha, mhux biss Malta imma anke l-Ingilterra li fl-aħħar jiem esperjenzat mewġa ta’ sħana li ilu ma jkollha waħda bħala mill-1995.
Għamlet l-aktar bi grupp ta’ studenti subien ta’ Exeter Academy li ma tħallewx jilbsu shorts biex imorru l-iskola.
L-istudenti lmentaw għax sħabhom il-bniet jistgħu jmorru bid-dbielet. B’ċajta, wieħed mill-mexxejja tal-iskola, qal lill-istudenti subien li ħadd mhu qed iżommhom milli jilbsu hekk huma wkoll.
Li ma basarx dan l-għalliem kien li l-istudenti subien se jobduh daqshekk.
L-għada, l-istudenti subien, marru l-iskola bid-dbielet u l-filmat tagħhom spiċċa jdur id-dinja.
Intant, l-iskola se tkun qed tikkunsidra bidla fir-regoli tagħha dwar l-uniformi.