Filmat: Imniedi l-aħħar messaġġ tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista

Dak li jgħaqqadna

Dak li jgħaqqadna huwa ferm iktar b’saħħtu minn dak li jifridna.#Maltafqalbna

Posted by Joseph Muscat on Monday, May 20, 2019

Il-Kapt tal-Partit Laburista Joseph Muscat sostna li bħala pajjiż imxejna ħafna ‘l quddiem dwar id-drittijiet ta’ LGBTIQ fejn taw d-drittijiet lir-realtajiet li kienu jeżistu. Sostna li bl-istess mod irid li jimxu ‘l quddiem diskussjonijiet dwar il-barranin u l-Maltin b’valuri u karnaġjon differenti. Muscat tenna li mhux aċċettabli li jkun hawn xi tip ta’ mibgħeda u tenna li huwa l-mument li l-poplu Malti u Għawdxi jagħmel pass ‘l quddiem.

Dwar l-iskemi li qed jiġu mħabbra fosthom tal-equity sharing, Muscat qal li Malta għall-ewwel darba għandha strateġija sħiħa fil-qasam tal-housing fejn problemi speċifiċi qed jittratawhom b’mod speċifiku.

Dan qalu waqt li kien qed jiġi intervistat f’attivita politika f’San Ġiljan, fejn ġie mniedi l-aħħar messaġġ tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista li bħala tema għandu d-diversità u dak kollhu li jgħaqqadna bħala Maltin.