Filmat: Immigrant isalva tifel b’mossa ta’ Spiderman

Immigrant mill-Mali salva tifel li ddendel minn gallarija f’Pariġi fi Franza.
F’filmat li nxtered fuq il-midja soċjali, Mamoudou Gassama jidher jitla’ mal-faċċata ta’ binja sakemm wasal mar-raba’ sular fejn kien imdendel it-tifel.
F’inqas minn minuta, Gassama, li għandu biss 22 sena, tela’ minn gallarija għal oħra sakemm wasal ħdejn it-tifel. Fl-istess waqt il-ġirien bdew jippruvaw iżommu lit-tifel biex ma’ jaqax.
Skont il-BBC, illum il-President ta’ Franza Emmanuel Macron stieden lil Gassama fil-Palazz Elysee sabiex jirringrazzjah personalment.