Filmat: “Imissek tistħi Ġiuseppe”

Illejla jixxandar episodju ieħor ġdid mill-ewwel staġun ta’ F’Ġieħ l-Imħabba li għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Illejla naraw x’marret tagħmel Elena għand Nina. X’se tgħidilha dwarha u dwar Sergio? Karla u Elena jitkellmu fit-tul. Iżda min se jkun hemm ukoll?

Riccardo imur ikellem lil Ġiuseppe. Lil min se jara meta jkun ħiereġ ‘l barra?

X’se tmur tagħmel Erminia għand il-familja Cuppola? Kif se jilqagħha Ġiuseppe? Riccardo jidher irrabjat ħafna għaliha għax marret hemm iżda x’se jkun qed jgħidlu Emilio?

Laura titkellem ma’ Ġużi bħala ħabiba tagħha. X’se tistaqsiha u tgħid Ġużi se tgħidilha l-veritá jew le? Konċetta x’se tgħidlu lil Giuseppe? Min se jkun qiegħed jissemma’?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa li għaddiet:

F’Ġieħ l-Imħabba jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.