Filmat: Imfittex raġel li seraq minn ħanut f’Ħal Qormi

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar serqa li seħħet għaxart ijiem ilu minn ħanut f’Ħal Qormi.
Is-sidien tal-ħanut fi Triq Amleto Spiteri qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab ir-raġel li fid-29 ta’ Marzu li għadda, għall-ħabta tal-10.30am, daħal fil-ħanut u seraq numru ta’ fliexken tax-xorb.
Min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel għandu jikkuntattja lill-pulizija jew iċempel lil sid il-ħanut fuq 99406471.