Filmat: Imfakkra l-120,000 tarbija maqtula kuljum permezz tal-abort

Matul il-lejl li għadda fuq il-Fosos tal-Furjana saret mixgħela ta’ madwar 3,000 xemgħa f’okkażjoni li fakkret il-vittmi trabi li jmutu kuljum kawża tal-abort.

L-attività bdiet permezz ta’ quddiesa fis-6:30pm fil-Parroċċa ta’ San Publiju u wara bdiet il-mixgħela tax-xemgħat li sabet xi ftit intoppi minħabba r-riħ qawwi. L-okkażjoni tal-bieraħ kellha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-abort, tfakkar il-vittmi u jsir talb għall-waqfien ta’ dan il-qtil.

Bħalissa għaddejja kampanja madwar l-Ewropa li għandha l-għan li jinġabru l-firem sabiex titressaq petizzjoni kontra l-abort. Huwa mifhum li f'Malta diġa' nġabru mal-2,500 firma, filwaqt li hemm bżonn li jinġabru 4,500.