Filmat: “Imbilli xi ħadd jarak tieħu l-insulina hija xi ħaġa normali” – Chris Barbara

L-attur Christopher Barbara li narawh jaħdem f’sensiliet bħal Fattigi u Sorelle, kif ukoll konna rajnieh fis-sensiela Vigilante, illum jaqsam l-esperjenza personali tiegħu fil-Jum Dinji tad-Dijabete, li jitfakkar illum is-Sibt 14 ta’ Novembru.

Chris, li huwa wkoll pittur, sar jaf li kellu din il-kundizzjoni fl-età ta’ 12-il sena u llum għaddew 22 sena.

“Għal bidu kien xokk. Kont inħoss ċerti sintomi iżda ma kontx naf x’inhuma,” jistqarr hu. Għall-ewwel kienu ħasbu li kellu virus iżda mbagħad sar jaf ir-realtà x’kienet.

Huwa tgħallem jgħix bil-kundizzjoni u jsostni li n-nies ta’ madwaru għandhom dritt ikunu jafu dwar il-kundizzjoni tiegħu biex jekk jinqala’ xi ħaġa, ikunu jafu x’inhuma ċ-ċirkostanzi u x’għandhom jagħmlu.

“Meta kont żgħir kelli phobia u biża’ mill-injections. Niftakar li kien ġie ners u jien bdejt nersaq lura,” ftakar hu hekk kif jirrakkonta l-ewwel darba tiegħu meta ngħata l-insulina.

Iż-żminijiet inbidlu u tant ieħor it-teknoloġija. Jirrimarka li attenda wkoll summer camps beix jitgħallem ikun indipendenti u l-insulina llum jikkalkula kemm jieħu skont x’jiekol.

Illum il-ġurnata għal Chris hija ħaġa normali u ma jiddejjaq xejn meta jkun fuq xi sett ta’ sensiela u jkollu jieħu l-insulina.

Segwi l-intervista sħiħa permezz ta’ dan il-filmat:

Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Malta Diabetes Assosciation permezz ta’ dan il-link.