Filmat: Imbagħad kif trid ma ttajrekx karozza!

Filmat li wasal għand Newsbook.com.mt juri trakk kbir tal-ġebel ipparkjat fuq zebra crossing fit-triq prinċipali ta' Buġibba ta' max-xatt.
Jidher li t-trakk tpoġġa din il-ġimgħa u ma kienx hemm tabelli li jindikaw li kien hemm xi xogħlijiet ħlief żigarella li kienet tagħlaq il-bankina.
Il-persuna li ġibdet dan il-filmat qalet li huwa inaċċettabbli li f'nofs l-eqqel tas-sajf, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jagħti permess biex trakk jipparkja għal numru ta' sigħat fuq zebra crossing.
Dawk kollha li kienu bil-pass, kellhom jinżlu minn fuq il-bankina u jippruvaw jaqsmu t-triq mingħajr ma jittajjru mill-karozzi.

Filmat fuq info@newsbook.com.mt