L-innoċenza tat-tfal spikkat waqt il-wirja ta’ Sy u Izaya waqt il-ħames programm mis-sensiela Malta’s Got Talent. It-tfal ta’ 9 snin ilhom tlett snin jiżfnu flimkien u jidher li jaqblu mhux ħażin bejniethom… anki jekk forsi xi kultant Izaya tgħajjat xi tnejn miegħu.
“Ilna ħafna nipprepaw għal xi ħaġa hekk u qatt ma konna f’kompetizzjoni quddiem ġurija,” qalu huma.
Wirja li tat gost lil Ray, Sarah, Maxine u anke lil Howard… u probabbilment lit-telespettaturi.
U jekk ma rajtux il-wirja tagħhom, tistgħu ssegwuha minn hawn:
Nergħu narawhom fil-live shows!