Filmat: Ilma ħiereġ f’nofs ta’ triq fis-Siġġiewi

Residenti fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi, li għamlu kuntatt ma’ Newsbook.com.mt, jinsabu imħassba b’ammont ta’ ilma li kuljum qiegħed joħroġ minn taħt it-triq qrib tal-Pelican Lights.

Jirriżulta li dan l-ilma ilu ħiereġ għal dawn l-aħħar ġimgħat u saru wkoll xi rapporti lill-Pulizija kif ukoll lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma iżda sal-lum l-ilma għadu ħiereġ.

Persuni li tkelmu ma’ Newsbook.com.mt sostnew li l-anzjani li jgħixu fl-inħawi jinsabu inkwetati li xi ħadd jiżloq meta jkun qed jaqsam it-triq.

Kien hemm minn stqarr li l-ilma jinten u ġieli jitla’ fuq il-bankina meta jgħaddu minn fuqu l-karozzi.