Filmat: “Illum ngħodd 70 sena u ili mmur fuq il-baħar minn meta kelli 10 snin”

Bil-programm ta’ din is-sena, għat-12-il edizzjoni tal-Għanafest, Festivals Malta jittamaw li jappellaw għal udjenza ikbar minn qatt qabel. Il-festival huwa mqassam fuq jumejn ippakkjati b’attivitajiet differenti li żgur se jolqtu lil kulħadd.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali tant mistenni.

F’dan il-filmat, niltaqgħu mas-sajjied Carmelo Cassar magħruf bħala ‘Il-Handy’ li jispjega x’se ikun qed jagħmel waqt il-festival ta’ din is-sena.

L-Għanafest se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju. Il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia