Filmat: “Illum jeħtieġli niġi għandek”

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u l-attur Carlos Farrugia.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Ġesù, kif wasal hemm, ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli niġi għandek.” Dak niżel bla telf ta’ żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu. In-nies, meta rawh, ilkoll bdew igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ. 

Imma, Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: “Ara, Mulej, nofs ġidi sa nagħtih lill-foqra, u jekk jien sraqt xi ħaġa ’l xi ħadd b’rapporti foloz, irroddhielu għal erba’ darbiet iżjed.” Qallu Ġesù: “Illum ’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni, għax hu wkoll bin Abraham. Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.”

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.