Filmat: Illum il-maratona ta’ mużika għall-kabina għall-klieb fl-Isptar

Read in English.

Il-maratona ta’ 12-il siegħa ta’ mużika live bdiet illum, bħala sforz biex jinġabru mal-€5,000 f’fondi li jwasslu għall-finalizzar ta’ kabina għall-klieb tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei. Il-maratona qed issir ġewwa Hard Rock Cafè, Baystreet.

L-avveniment, organizzat mill-għaqda żagħżugħa JCI Malta (Junior Chamber International), huwa għal proġett ta’ Survivors Malta u JCI Malta fejn tinbena kabina li hija magħrufa bħala Reunited Pet Cabin.  Pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei ikunu jistgħu jqattgħu ftit tal-ħin mal-klieb tagħhom. Il-kabina se tintuża wkoll għat-terapija bl-użu tal-annimali għall-pazjenti fl-isptar.

Aqra: ​Il-pazjenti f’Mater Dei se jqattgħu ħin mal-klieb tagħhom

L-avveniment qed jiġi ssaportjat mill-istazzjon tar-radju 103. Iċ-Channel Manager ta’ 103, Arthur Caruana, sostna li huwa ta’ pjaċir kbir li l-organizzaturi u kull min hu nvolut fil-proġett jieħu s-sapport ta’ 103. “Fuq nota personali, jien bħala persuna li nrabbi kelb nista nifhem ħafna lill-pazjenti li jkollhom ix-xewqa li jaraw lill-pet tagħhom f’ċirkostanzi diffiċli”, kienu kliem Caruana.

Barra minn hekk, żied jgħid li 103 ser ikompli jappoġġja iżjed inizjattivi kif qed isir diġa, bħal fil-każ ta’ ALS Malta għall-avveniment ‘Versatile for ALS’ biex jinġabru fondi għat-tieni Dar Bjorn f’ Malta.

Aqra: Grazzi kbira mill-omm li ġabret somma kbira ta’ flus għall-klieb f’Mater Dei

JCI Malta qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi l-avveniment u jagħti d-donazzjoni tiegħu għal dan l-għan.

Kif tista’ tgħin? 

Jekk tixtieq tagħmel il-kontribut tiegħek, tista’ tibgħat SMS fuq wieħed minn dawn in-numri:

  • 50617381 – €2.33
  • 50617908 – €4.66
  • 50618924 – €6.99
  • 50619224 – €11.65

S’issa inġabru €242.