Filmat: “Illum fil-Belt u fil-Bidnija”

Il-gruppi ta’ attivisti Occupy Justice u Awturi flimkien ma’ manueldelia.com ħarġu filmat li jibda b’xenarju ta’ mass meeting tal-Partit Laburista u jkompli b’filmat miġbud fil-Bidnija, fejn ġiet assassinata l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 

Il-filmat jindirizza lill-istess partit fuq il-qtil ta’ Caruana Galizia u jgħid li “llum fil-Belt Valletta hemm xi nies li sitt xhur ilu ħasbu li l-inkwiet kollu tagħhom kien għadda.”  
Jinsisti li n-nies indirizzati iffurmaw “armata biex thedded u tattakka lil dawk li jridu li ssir magħrufa l-verita".