Filmat: Illejla tkompli l-fażi tal-Judges Houses

Illejla fuq TVM fid-8.50pm se nassistu għat-tieni parti tal-fażi tal-Judges Houses ta’ X Factor. Illejla jikkompetu l-kategoriji tal-Gruppi li taqa’ taħt Howard Keith Debono, kif ukoll għal dik tal-Overs li taqa’ taħt Alexandra Alden.

Minn kull kategorija jridu jintgħażlu tlieta biss biex b’hekk jingħaqdu ma’dawk li għaddew il-ġimgħa l-oħra meta rajna l-kategorija tal-kantanti tfajliet li taqa’ taħt Ira Losco.

Assistejna wkoll għall-kategorija tal-kantanti Ġuvintur li taqa’ taħt Ray Mercieca.

Bla dubju nistennew u naraw min huma l-personalitajiet mistiedna biex illejla jgħinu lil Howard Keith Debono u lil Alexandra Alden biex jaslu għad-deċiżjoni finali biex mill-ġimgħa d-dieħla nkunu nistgħu narawhom fil-live shows.

Apparti minn hekk wara din il-fażi, il-pubbliku huwa wkoll mistieden biex fl-4 ta’ Jannar imur sas-Suq tal-Belt biex jiltaqa’ mal-kantanti fil-live shows kif ukoll mal-erba’ membri tal-ġurija.

Min jirbaħ it-tieni edizzzjoni ta’ X Factor se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej.