Filmat: Illejla programm speċjali ta’ L-Għarusa

Anki din is-sena t-tim tal-produzzjoni wara L-Għarusa ħejjew programm speċjali li jeħodna minn wara ‘l kwinti tas-sensiela popolari L-Għarusa.

F’dan tal-lejla, li se jixxandar fil-ħin tas-soltu tad-8.50pm fuq TVM se naraw l-atturi tas-serje L-Għarusa jaqsmu mat-telespettaturi l-esperjenzi tagħhom waqt il-ġbid ta’ dan il-produzzjoni.

Justin Farrugia

Naraw x’għandhom x’jgħidulha Justin Farrugia u Steve Dalli, li jmexxu l-kumpanija Sharp Shoot Media.

Steve Dalli

Ser naraw ukoll siltiet umoristiċi li jiġru minn wara ‘l kwinti.

Davide Tucci

Dan se jkun l-aħħar appuntament ta’ L-Għarusa għal din is-sena. Sharp Shoot Media se jkunu qed iwasslu episodju ġdid minn din is-sensiela mit-Tlieta 7 ta’ Jannar.

Trid tkun taf x’se jiġri?

Amelia m’għandhix pjacir b’Kalċ u tixtieq taraħ jitlaq, iżda Lucrezia hija s-sinjura tad-dar u tridu ġo darha u lanqas Kalċ ma jixtieqx jitlaq. Il-konverżazzjoni bejn Flaminia u Karm tinbidel ħabta u sabta, filwaqt li kienu qed jidiskutu ż-żfin u l-mużika. F’daqqa waħda jara tbenġila fuq idha u din il-konverżazzjoni tinbidel għal kollox. Tgħid kellu għalxiex jinkwieta Karm?

Bert isib ma’ wiċċu lil Amelia fil-proprjetà tiegħu, u b’hekk jiskopri li m’għadix tgħix fil-kunvent. Iżda Bert mal-ewwel jibda jissuspetta li Bettina u Amelia kellhom l-għajnuna ta’ xi ħadd biex taħrab mil-kunvent u Bettina mal-ewwel tgħidlu li kien bis-saħħa ta’ Enrico li rrnexilhom.

Bert jagħmilha ċara li ma jridx il Enrico ġo daru u li setgħa jgħin hu u Bettina allura m’għandhomx bżonn iktar l-għajnuna ta’ Enrico. Bert jitkellem ma’ Enrico u jwissih biex ma jmurx jara lil Amelia u jagħmilulu ċara li din hija ordni u mhux suġġeriment.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli.