Filmat: Illejla l-Judges Houses f’X Factor

Illejla tibda fażi oħra tal-kompetizzjoni televiżva. Il-vjaġġ beda bl-auditions, kompla bil-Bootcamp u l-ġimgħa l-oħra rajna tispiċċa l-fażi taċ-Chair Challenge.

Issa jmiss dik tal-Judges Houses, l-aħħar fażi qabel ma jibdew il-live shows.

Fil-programm tal-lejla se naraw żewġ kategoriji dawk tal-kantanti bniet u dik ats-subien, li jaqgħu taħt Ira Losco u Ray Mercieca.

F’kull kategorija hemm sitt parteċipanti iżda mhux kollha se jkunu qed iwasslu sal-live shows li jibdew f’Jannar.

Min se jkunu dawk li Ira u Ray jħossu li huma lesti biex jgħaddu għall-fażi li jmiss? U fuq kollox min huma l-mistiedna internazzjonali li se jgħinu biex Ira u Ray jiddeċiedu lil min se jagħżlu?

X Factor, ippreżentat minn Ben Camille, jixxandar fuq TVM fid-8.50pm.