Filmat: Illejla jmiss l-Overs fiċ-Chair Challenge tal-X Factor

L-aħħar fażi taċ-Chair Challenge fil-kompetizzjoni X Factor Malta tixxandar illejla fuq TVM fil-ħin tad-8.50pm. Illum se jkun imiss il-fażi tal-Overs li hija l-kategorija ta’ Alexandra Alden. Bħas-soltu se jkunu biss sitta li jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni li hija l-Judges Houses.

Mark Morales, Francesca Borg, Michelle Ellul, Derrick Schembri, Matthew Vassalo, Kersten Graham, Paul Cuschieri, Chantal Catania, Rhys Fiteni, Edward Abdilla, Benjamin Attard, Celine Agius u Jozi huma l-aprteċipanti li se naraw illejla f’din il-kategorija.

Min minnhom se jieħu s-siġġu? Kemm minn dawk li jkollhom siġġu se jirnexxielhom iżommuh sal-aħħar? Min se jiġi eliminat?

Il-kompetizzjoni tkompli llejla!