Filmat: “Illejla int l-X Factor” – Ira Losco

Il-wirja ta’ Dav Jr waqt l-edizzjoni tal-lejla kienet tassew impressjonanti, u matulha rajna lil Ray Mercieca jqum minn postu biex jeħodlu b’idejh.

L-erba’ membri tal-ġurija faħħru l-prestazzjoni li huwa taha llejla tas-silta Blackbird tal-grupp Beatles.

Bla dubju li l-iktar kumment li spikka kien dak ta’ Ira Losco meta qaltlu “Illejla int l-X Factor”.

U bix-xieraq li b’kumment bħal dan, Dav Jr ingħata s-sitt siġġu fil-kompetizzjoni.