Filmat: Illejla C’è Posta per Te jiftaħ bil-kbir

Illejla fuq l-istazzjon Canale 5 jasal lura il-programm C’è Posta per Te li jitmexxa minn Maria De Filippi. Din it-23 edizzjoni timmarka l-20 sena ta’ kemm ilu jsir dan il-programm u t-tim tal-produzzjoni se jkun qiegħed jiċċelebra bil-kbir, tant li fl-ewwel programm Maria De Filippi se jkollha mistieden internazzjonali, Johnny Depp.

Questa edizione sarà ricca di ospiti straordinari 🤩 Appuntamento a sabato 11 gennaio in prima serata su Canale 5 con la prima imperdibile puntata! #CePostaPerTe

Posted by C'è Posta Per Te on Tuesday, January 7, 2020

Se jkun hemm ukoll l-attur Tork Can Yamam, li kiseb suċċess kbir fis-sajf li għadda meta Canale 5 xandar is-soap opera Bitter Sweet.

Sabato 11 gennaio, in prima serata su Canale 5, torna #CePostaPerTe! In questa nuova edizione ci saranno tanti ospiti speciali 😍

Posted by C'è Posta Per Te on Tuesday, January 7, 2020

Se naraw ukoll lill-attur Luca Argentero li għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni se jidher flimkien mas-sieħba tiegħu Cristina Marino, li se jkollha tarbija minnu.

C’e Posta per Te huwa format oriġinali ta’ Maria De Filippi li llum inbiegħ f’madwar 24 pajjiż madwar id-dinja, fosthom Spanja, Franza, il-Greċja, il-Ġermanja, il-Portugall, il-Libanu, it-Turkija, il-Marokk, it-Tuneżija, l-Arġentina, il-Perù, il-Veneżwela, ir-Rumanija, il-Bulgarija il-Be;ġu, il-Kanada u l-Istati Uniti.

C’e Posta Per Te jixxandar fuq Canale 5 mil-lum is-SIbt 11 ta’ Jannar fid-9.20pm.