Filmat: Illaħwa… illejla nitbissmu ftit!

Is-sigla uffiċjali ta' ILLAĦWA

Sinjuri, nippreżentawlkom, is-sigla uffiċjali ta' ILLAĦWA! 🤩 U hekk laqqajnikom mal-kast kollu! 📺Grazzi kbira lil Noah Fabri tal-kompożizzjoni u lil Philip Vella tal-għajnuna. 💖

Posted by Illaħwa on Wednesday, December 23, 2020

Illejla stennew li tiltaqgħu man-nanna l-ġdida tal-Maltin u l-Għawdxin hekk kif fuq TVM tibda’ tixxandar is-sitkom ġdida Illaħwa fejn se naraw taħlita ta’ talent ġdid ma’ dak stabbilit.

Illaħwa se jlaqqagħna ma’ tlett aħwa li l-ġenituri tagħhom ikunu ħallewna. U fl-istorja tidħol in-nanna Connie li tinsab fil-proċess li tiddivorzja lin-nannu Vince… u tispiċċa tmur tgħix mal-aħwa.

L-aħwa iridu jgħixu ħajjithom u jitgħallmu jerfgħu r-responsabbilitajiet tagħhom. Tgħid jirnexxielhom?

illahwa

F’din is-sensiela se naraw lil Jamie Cardona fil-karattru ta’ Damian, ġuvni ffissat fuq is-super eroj iżda wkoll qed jinġibed lejn tfajla. Kull episodju għandu l-istorja tiegħu u naraw ukoll kif se jitqallbu ħajjet it-tliet aħwa bil-wasla tan-nanna!

Jieħdu sehem Jamie Cardona, Silenia Mifsud, Mary Rose Mallia, Fabian Scerri De Carlo, Philip Vella, Taryn Mamo Cefai, Mariah Connor, Raquel Hannah Theuma, Miguel Samuel u Josette Ciappara bħala n-Nanna Connie.

Illahwa

Illaħwa jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Tnejn mid-8.50pm.