Filmat: Ilbies għall-bejgħ; il-qligħ għal Puttinu

Sat-2 ta’ Frar il-qligħ li se jagħmel il-ħanut KOKO mill-bejgħ tal-ilbiesi se jmur kollu għall-fondazzjoni Puttinu Cares.

Fi stqarrija, Puttinu Cares qalet li l-attività se ssir bejn is-27 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar. Il-ħanut jinsab fi Triq Għar id-Dud, Tas-Sliema.

Il-ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tnejn 28 ta’ Jannar: 4 pm – 6 pm

It-Tlieta 29 ta’ Jannar: 10 am – 6 pm

L-Erbgħa 30 ta’ Jannar: 10 am – 6 pm

Il-Ħamis 31 ta’ Jannar: 10 am – 6 pm

Il-Ġimgħa 1 ta’ Frar: 10 am – 6 pm

Is-Sibt 2 ta’ Frar: 10 am – 4 pm