Filmat: Il-Windsurfing mistenni jirritorna wara s-suċċess tal-Yachting Malta Windsurfing Festival

Read in English.

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing. Dan l-isport kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-Snin 80 u 90. Megħjunin minn Jean Paul Fleri Soler, atleta b’esperjenza Olimpika u li huwa involut ħafna fix-xena lokali tal-ibburdjar, beda jseħħ taħriġ regolari. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival tal-windsurfing li kien mifrux fuq jumejn bejn it-8 u d-9 ta’ Awwissu f’San Pawl il-Baħar.

Il-Yachting Malta Windsurfing Festival attira taħlita tajba ta’ veterani u nies ġodda. Fost il-veterani li ħadu sehem kienu l-aħwa Fleri Soler – Jean Paul u Mark, Albert Fenech u Ray Agius Condachi. Il-parteċipanti żgħazagħ kienu jinkludu lil Zach Zammit, Karl Miggiani u Benjamin Vassallo.

Il-parteċipanti tqassmu f’erba  Klassijiet – Long Board Open Class, Windsurfer LT One Design Class, Slalom u  Beginners – l-aħħar klassi kienet miftuħa għal dawk li kellhim inqas minn sentejn esperjenza ta’windsurfing. It-tbaħħir sar fuq korsa trijangulari.

Il-Kategorija tal-Juniors ipprovdiet tlielaq kompetittivi ħafna. Il-parteċipanti, li kienu ggwidati minn Jean Paul Fleri Soler, ħadu sehem fi tlett tlielaq. Benjamin Vassallo ħareġ rebbieħ ta’din il-Klassi.

Zach Zammit kien ir-rebbieħ tal-Klassi Slalom. Sfortunatament, il-kundizzjonijiet tar-riħ nhar il-Ħadd ma ppermettewx li jsiru ktar tlielaq.

Il-Long Board LT Class rat l-akbar mewġa ta ’parteċipanti. Dawn ħadu sehem fi tmien tlielaq. Minkejja  li kien ilu ma jikkompeti għall iktar minn żewġ deċennji, il-veteran Jean Paul Fleri Soler ta’ dimostrazzjoni tal-kompetenza u l-ħila tiegħu. Flimkien ma ‘ħuh Mark, urew li s-surfing xorta baqa’ sewwa fid-demm tagħhom.

Minħabba l-kundizzjonijiet tar-riħ li ma jiffavorixxux il-bordijiet qosra, din il-kategorija rat biss tliet tlielaq isiru.

“Għaddew madwar 22 sena mill-aħħar tellieqa li tellaqt. Dan l-avveniment ġab lura  memorji sbieħ ħafna. Kien tajjeb ħafna li tara lil veteran jikkompetu mal-ġenerazzjoni ġdida ta’ windsurfers. L-għan kien li wieħed jieħu pjaċir imma wkoll li jerġa jitqajjem l-interess fl-isport f’Malta “- Jean Paul Fleri Soler – Rebbieħ tal-Klassi Long Board

L-aħħar avveniment kienet il-kategorija Freestyle, li rat lil Jean Paul Fleri Soler, Mark Fleri Soler, Albert Fenech u Robert Fenech jieħdu sehem. Għal darb’oħra Jean Paul Fleri Soler wera l-ħila tiegħu sabiex joħroġ rebbieħ din il-klassi.

It-trofej lir-rebbieħa ġew ipprezentati minn John Huber, Ċermen ta’ Yachting Malta, li faħħar l-isforzi tal-Malta Young Sailors Club li ħadmu sabiex din l-inizjattiva titwettaq. Huwa esprima wkoll sodisfazzjon għall-kollaborazzjoni ta’suċċess bejn Yachting Malta u MYSC. Huwa tenna l-impenn ta’ Yachting Malta biex tappoġġja kompetizzjonijiet ta’ dan it-tip li possibbilment jistgħu jwasslu għal avvenimenti internazzjonali fil-futur qarib.

Karl Miggiani, wieħed mill-organizzaturi tal-avveniment, temm billi spjega li l-entużjażmu muri minn dawk preżenti rriżulta fil-pjan li jkun hemm erba’ avvenimenti fis-sena. Huwa temm billi rringrazzja lil Yachting Malta u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għall-appoġġ tagħhom.

Malta Young Sailors ħabbret ukoll li donazzjoni lil Żibel, organizzazzjoni volontarja u NGO iffukata fuq l-edukazzjoni ambjentali, se tiġi ppreżentata dalwaqt.

Yachting Malta Windsurfing Festival Rizultati

 Junior ClassLong BoardLong Board (LT)SlalomFreestyle
1stBenjamin VassalloJean Paul Fleri SolerMark Fleri SolerZach ZammitJean Paul Fleri Soler
2ndTimmy VassalloOwen SultanaKurt CasapintaSaul VassalloAlbert Fenech
3rdJonas MicallefShaun MiggianiRobert FenechLucas SwanMark Fleri Soler

Dan it-tagħrif twassal minn emvigee pr & marketing.