Filmat: Il-vulkan Etna jerġa’ jiżbroffa

Il-vulkan tal-Etna li huwa vulkan attiv fi Sqallija u wkoll attrazzjoni turistika famuża reġa’ żbroffa u qed jimla’ l-arja tal-madwar bil-lava u l-irmied.

Dan qed jiġi rrappurtat minn bosta ġurnali internazzjonali li l-Etna beda fażi ġdida ta’ żbroffi l-Ħamis hekk kif infetħu żewġ qasmiet ġodda fil-vulkan.

Għaldaqstant, uffiċjali qed jgħidu li l-attività tinsab għaddejja viċin il-quċċata tal-vulkan u għaldaqstant ma jidhirx li tista’ tikkawża xi tip ta’ riskju għall-bnedmin u l-villaġġi tal-madwar. Minkejja dan, it-turisti qed jiġu avżati sabiex joqgħodu ‘l bogħod mill-quċċata tal-vulkan sabiex jissalvagwardjaw saħħithom.

Filmat: Biagio Ragonese