Filmat: Il-visors iservu minflok maskra?

Read in English.

Dr Tanya Melillo, Konsulent għas-Saħħa Pubblika qed twissi ripetutament kontra li wieħed imiss wiċċu u l-maskra jew visor minn barra.

Ma’ Newsbook.com.mt Dr Melillo qalet li l-visors huma prekawzjoni ulterjuri u għalkemm ħafna jħossuhom aktar siguri bihom, dawn għandhom jintlibsu mal-maskra u mhux minflokha.

Il-visor, jew bil-Malti l-viżiera trid tinħasel b’70% alkoħol, minn barra u minn ġewwa. Idealment qabel terġa’ tużaha tħalliha tinxef fix-xemx.

Għaliex għandek taħsel il-maskri bil-misħun jekk il-virus jitlaq meta wieħed jaħsel idejh bl-ilma u s-sapun għal 20 sekonda?

Dr Tanya Melillo spjegat li idealment l-ilma jkun jaħraq sew u tħalli l-maskra fl-ilma u sapun għal ftit ħin qabel tonxorha għax-xemx. Ovvjament inti xorta trid terġa’ taħsel idejk, żiedet tgħid.

Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn