Filmat: Il-verità m’għandhiex tinħeba mill-poplu – L-Arċisqof lill-President

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li flimkien mal-President George Vella huma tkellmu dwar il-bżonn ta’ rispett lejn il-verità u biex il-veritá ma tinħebiex mill-poplu. L-Arċisqof stqarr li l-ħażin għandna nsejħulu ħażin u t-tajjeb insejħulu tajjeb.

Huwa fisser dan anke fid-dawl tal-persuni li qed jimxu fit-tajjeb biex isibu l-kuraġġ fil-verità. Qal li rringrazzja lill-President tal-messaġġ b’saħħtu li għamel f’Jum ir-Repubblika fejn talab lil kulħadd biex iżomm f’moħħu li r-Repubblika ta’ Malta hija ferm akbar minn “din il-klikka li ġabet dan l-għajb” fuq il-pajjiż.

Esprima d-dispjaċir tiegħu għal-lingwaġġ li qed jintuża f’dawn iż-żminijiet. L-Aqrċisqof qal li dan huwa mod iebes kif qed inkellmu lil xulxin f’dawn il-jiem.

Stqarr li mhumiex jiem faċli iżda fakkar fid-dover tar-rispett u l-imħabba lejn il-verità u lejn il-persuna.

Min-naħa tiegħu, il-President esprima l-apprezzament tiegħu għal dak li tagħmel il-Knisja

L-Arċisqof qal ukoll li flimkien mal-President huma tkellmu dwar il-bżonn ta’ rispett lejn il-verità u biex il-veritá ma tinħebiex mill-poplu. L-Arċisqof stqarr li l-ħażin għandna nsejħulu ħażin u t0tajjeb insejħulu tajjeb.

Huwa fisser dan anke fid-dawl tal-persuni li qed jimxu fit-tajjeb biex isibu l-kuraġġ fil-verità.

L-Arċisqof qal li awgura lill-President għall-Milied u s-sena l-ġdida f’isem il-Knisja Kattolika.