Filmat: Il-qtil ta’ Daphne diżunur għall-valuri Ewropej – Il-President tal-KE

Read in English.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel sostna li l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kien diżunur għall-valuri Ewropej.

Hu qal dan f’kumment li għamel mal-ġurnalisti preżenti fil-Bidnija wara li parti miż-żjara tiegħu f’Malta kienet tinkludi żjara fil-post fejn inqatlet il-ġurnalista lura fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.

Michel qal li ried iżur dan il-post biex ifakkar il-memorja tal-ġurnalista filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familja tal-ġurnalista. Qal li s-Saltna tad-Dritt, il-ħelsien tal-kelma u l-ħelsien tal-midja huma valuri fundamentali li tħaddan l-Unjoni Ewropea. Qal li hemm bżonn li kulħadd jissielet biex il-valuri Ewropej ikunu msaħħa u segwiti.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola rringrazzjat lil Michel tal-ġest li għamel illum waqt iż-żjara uffiċjali tiegħu f’Malta. Hi rrimarkat li Michel ma kienx akkumpanjat minn uffiċjali tal-Gvern waqt din iż-żjara.

Thank you to the President of the European Council, Charles MICHEL, who today made a strong point of insisting on…

Posted by Roberta Metsola on Thursday, September 17, 2020