Filmat: Il-qattusa li taħseb li hi kelb

Read in English.

Colin Fitz fil-programm tiegħu Mid-Morning Mag li xxandar fuq 103 Malta’s Heart kellu mistiedena tassew speċjali — Coco l-qattusa.

Wara li ra post ta’ Facebook tas-sidt tagħha Sasha Kinser miexja barra bil-qattusa b’harness f’Baħar iċ-Ċagħaq il-preżentatur tar-radju ħaseb biex waqt il-programm tiegħu jistaqsieha xi ħaġa dwar il-qattusa mhux tas-soltu tagħha.

Kinser qalet li Coco, li hi għamja, tassew  tieħu pjaċir toħroġ għall-mixi għall-arja.

“Coco kellha għajnejha mneħħija meta kellha ġimgħa minħabba li kienet marida ħafna,” qalet Kinser, “għalhekk nipprova nħalliha toħroġ biex tisma’ l-affarijiet u xxomm ir-riħa u tgħix ħajja kemxejn normali.”

Ironikament, tgħid, il-qtates l-oħra tagħha Kenzo u Prada (kollha għandhom ismijiet relatati mal-marki tal-moda bħal Kinser li kienu blogger tal-moda) li t-tnejn għandhom żewġ għajnejn, ma jħobbux  joħorġu għall-mixjiet.

“Ippruvajt imma huma terribbli,” qalet Sasha tidħak. “Huma jġegħluni nżommhom u jidifnu wiċċhom f’għonqi. Min-naħa l-oħra Coco mhix hekk. Hija ftit skomda meta npoġġilha l-harness, imma ladarba tkun għaddejja u nkunu barra, hija tkompli  miexja qisha mhux hi. Hemm nies li din jarawha xi ħaġa stramba u naqla’ ħafna ħars stramb ukoll.”

Kinser, li hija Amerikana minn omm Maltija, tgħid li tgħix ma’ qattus għomja hija “xi ħaġa tassew normali”, għaliex għandha s-sensi l-oħra kollha u l-veterinarju qal li s-sensi tagħha huma saħansitra għoljin: “Hi tmur tiġri wara -qtates l-oħra madwar l-appartament, taqbeż fuq il-mejda tal-kċina u tagħmel l-affarijiet normali kollha li tagħmel qattusa.”

Tista’ tgħid li Coco qed tgħix l-aħjar ħajja tagħha. Imma l-affarijiet setgħu kienu differenti ħafna, hekk kif hi kienet viċin li tinqatel meta twieldet.

“Hija nstabet f’razzett u xi ħadd ġabha fi klinika u qal, “Jekk tista’ tara nżommuha imma jekk le, ma rridhiex,” qalet Kinser.

Il-ħabiba tagħha, li kienet taħdem fil-klinika, tat telefonata lil Kinser … u l-bqija hija storja.

Nawguraw lil Coco mistrieħ twil u li  tkun kuntent mid-disa’ ħajjiet tagħha!